Agenda Item View

07/12/2024
Parroċċa Il-Marsa (Trinità Qaddisa) - OFM Cap
Twaqqiegħ tal-Kappella tal-Qalb ta' Ġesu f' Albert Town il-Marsa.

Item Date

07/12/2024

Meeting Date

26/02/2025

Item Ref. No.

P06/2025

Prot. No.

N/A

Entity

Parroċċa Il-Marsa (Trinità Qaddisa) - OFM Cap

Ordinary

OFM Cap

Name & Warrant No.

Project Title

Twaqqiegħ tal-Kappella tal-Qalb ta' Ġesu f' Albert Town il-Marsa.

Project Description

Online Application

Documents

    Minute

    Minute of 22 January 2025 KPKK meeting.

    Il-KPKK ma tapprovax li din il-Kappella titwaqqa, iżda għandha tiġi restawrata.

    Rigward il-proġett tal-Housing il-KPKK ma teskludix li jsir proġett fuq ġewwa, adaptive reuse, u l-binja tiġi preservata.

    Minute of 26 February 2025 KPKK meeting.

    Dwar din it-talba saret diskussjoni mill-membri fil-preżenza ta’ P. Ivan Scicluna OFMCap. Il-Perit Wendy Jo Mifsud qalet li m’hemmx għarfien ta’ binja storika dwar din il-kappella u li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar tista’ tbiddel il-proġett li jkun ġie sottomess jew jista’ jiġi rrifjutat. Rev. Dr. André Zaffarese qal li-kappella mhijiex sostenibbli, iżda jekk hija patrimonju storiku l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ma jħallukx tmissha. Ms Maria Grazia Cassar saqsiet jekk il-binja tistax tiġi mibjugħa u b’ hekk id-deċiżjoni jekk isirx żvilupp jew le taqa’ f’idejn l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Il-Perit Wendy Jo Mifsud qalet li huwa mportanti li ssir riċerka fuq l-istorja tal-binja biex jiġi skopert il-valur storiku, kif ukoll ikun hemm aktar informazzjoni dwar l-arkitettura. Qalet li jkun hemm bżonn isir Statement of Significance. Għalhekk ġie ssuġġerit li ssir riċerka u d-deċiżjoni mill-kummissjoni tittieħed b’mod aktar infurmat. Filwaqt li ngħataw dawn l-għażliet.

    1. Il-kappella tibqa’ kif inhi u jkun hemm adaptive reuse, li ssir dar għal-homeless.
    2. Tinżamm il-faċċata tagħha bil-kampnar u titranġa l-binja fuq wara.
    3. Li taqa’ l-binja u tinbena mill-ġdid.

    Notes

    Fr Ivan Scicluna shall attend the KPKK 26 Feb. 2025 meeting to explain further to the commission.