Agenda Item View

25/02/2025
Parroċċa Santa Venera - O.Carm
Talba għal permess adattament tas-sala

Item Date

25/02/2025

Meeting Date

26/02/2025

Item Ref. No.

P64/2025

Prot. No.

Entity

Parroċċa Santa Venera - O.Carm

Ordinary

Name & Warrant No.

Project Title

Talba għal permess adattament tas-sala

Project Description

Għażiż Fr Andre,

Insellimlek. Jekk jogħġbok nitolbok tgħaddi lill-KPKK din it-talba għall-permess biex is-sala ta' fuq tal-kunvent ta’ Misraħ Santa Venera, Santa Venera, tiġi adattata f'ċella għal reliġjuż, flimkien ma' store żgħir u passaġġ għall-bejt għall-użu tal-komunità. It-talba tinsab f'dokument anness ma' din l-email. Annessi hawnhekk ukoll hawn żewġ dokumenti bil-pjanti tax-xogħol li hemm bżonn isir.

Grazzi u tislijiet,
Rev. Dr. Charles Mallia O.Carm.
Pirjol Provincjali
Kunvent tal-Karmnu
Triq Il-Punent
Valletta VLT 1535
****
Jekk jogħġobkom nixtieq ngħidilkom li nsejt ngħid fl-ittra fejn nitlob il-permess li f'din sala li qed tiġi adattata bħala ċella hemm bżonn jiġi installat air condition ukoll minħabba s-sħana kbira li jkun hemm.

Grazzi mill-ġdid tal-konsiderazzjoni tagħkom u tislijiet.

P. Ivan Scicluna O.Carm.

Online Application

Documents

Minute

Għażiż Rev. Dr. Charles Mallia O.Carm,

Wara li rat id-dokumentazzjoni preżentata, l-KPKK taqbel ma dan il-proġett.

Notes