Agenda Item View

11/03/2025
Parroċċa Il-Fontana - KG
Ambone Ġdid fil-Knisja Parrokkjali tal-Fontana

Item Date

11/03/2025

Meeting Date

26/03/2025

Item Ref. No.

P72/2025

Prot. No.

Entity

Parroċċa Il-Fontana - KG

Ordinary

Name & Warrant No.

Project Title

Ambone Ġdid fil-Knisja Parrokkjali tal-Fontana

Project Description

Lil Rev Dr André Zaffarese
Segretarju
Kummissjoni għall-Patrimonju Kulturali Kattoliku

Reverendu,

Għan-nom tal-Kappillan tal-Parroċċa Qalb Ta' Ġesù, Fontana, Għawdex, il-Kan. Simon M Cachia, qed nippreżenta proposta ta’ Ambone ġdid għall-Knisja Parrokkjali.

Id-disinn tal-Ambone hu tal-artist s-Sur Manuel Farrugia. Il-proposta ġiet ukoll diskussa fil-Kummissjoni Arti Sagra tad-Djoċesi ta’ Għawdex u wara tibdiliet żgħar, il-proposta ġiet approvata.

Mehmuż issib:
1. Ritratti tal-Presbiterju fejn l-Ambone l-ġdid ser jitqiegħed fl-istess post ta’ dak preżenti;
2. Id-disinn tal-irħam u tal-bronż (l-oriġinali li fuqu ser isiru xi modifiki żgħar skont kif issuġġeriet il-Kummissjoni Arti Sagra mehmuża hawn fuq) li ser jitwaħħal fuqu;
3. Ritratti ta’ mudell tal-injam tal-istess qies propost;
4. L-interpretazzjoni teoloġika mill-parroċċa pertinenti għal din il-proposta.

Jekk hemm ħtieġa li tiġi pprovduta aktar informazzjoni, nitolbuk tinformana.

Għall-konsiderazzjoni tagħkom.

Grazzi u tislijiet,

Inġ. Johnny Zerafa
Projects Coordination Unit | Diocese of Gozo

The Bishop’s Curia, Republic Street, P.O. Box 1, Victoria VCT 1013, Gozo (Malta)
 +356 99809966

Online Application

Documents

Minute

27 ta’ Marzu 2025

Parroċċa Il-Fontana

Fontana

Għawdex.

Ref. P72/2025

Ambone Ġdid fil-Knisja Parrokkjali tal-Fontana

Għażiż,

Il-KPKK m’ għandiex diffikulta li dan il-proġett isir, iżda l-Kummissjoni qed tiġbed l-attenzjoni u tagħmel suġġeriment li l-idejn isiru proporzjonati mal-kumplament tad- disinn.

Tislijiet,

Rev. Dr André Zaffarese

Segretarju

Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku

 

Notes

Id-disinn tal-Ambone hu tal-artist s-Sur Manuel Farrugia